Lokali
AĠĠORNAT (2): Għalliem aggredit fi skola

Għalliem safa’ aggredit fl-iskola sekondarja tal-Kulleġġ Santa Margerita, magħrufa bħala tal-Verdala, f’Bormla.

Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija ma’ tvm.com.mt.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li persuna ħebbet għal uffiċjali fi skola tal-istat. Stqarr li l-uffiċjali ngħata l-appoġġ meħtieġ u sar rapport lill-Pulizija.

Huwa ddeplora dawn l-atti vjolenti u talab lill-awtoritajiet biex jieħdu l-passi kollha possibbli fil-liġi fil-konfront tal-individwu.

Fi stqarrija, l-MUT ikkundannat l-aggressjoni fuq l-għalliem u edukaturi. Filwaqt li qalet li qed taħdem fil-qrib mal-edukaturi fl-iskola li seħħ l-inċident, l-MUT saħqet li dan hu aġir inaċċettabli u hu sintomatiku tas-sitwazzjoni li qed jaffaċċjaw l-edukaturi fil-qadi ta’ dmirijiethom. Stqarret li minflok ma jkunu megħjuna sabiex jindirizzaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum, l-edukaturi qed iġarrbu sitwazzjonijiet fejn xi ġenituri ma jikkoperawx u minflok ma jgħinuhom sabiex uliedhom jaħdmu fuq in-nuqqasijiet, iwaħħlu fl-iskola u l-edukaturi għall-istess nuqqasijiet. Hija tenniet l-appell għal miżuri ta’ sigurtà fl-iskejjel.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ingħalaq għalkollox is-sub post office tal-Maltapost fi Triq Ċensu Busuttil fl-Iklin. Dan ħabbitu l-kumpanija Maltapost, li fi stqarrija qalet li l-klijenti li kienu jinqedew mill-Iklin issa jridu jmorru fin-Naxxar. L-uffiċċju…

Lokali

Il-Partit Laburista qal li dd-deputat tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, b’għemilu wera li ma jafx x’inhi governanza tajba. Fi stqarrija l-PL irrefera għall-mistoqsija parlamentari mwieġba lbieraħ, li qal uriet li fil-jum…

Lokali

Bejn Ġunju u Diċembru tal-2017, Transport Malta ħarġet total ta’ €144,475 f’multi li jikkoncernaw il-puntwalità u affidabilità lill-operatur tat-trasport pubbliku. Dan ħareġ wara li l-Ministru għat-Trasport Ian Borg wieġeb mistoqsija…

Lokali

65 persuna fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin gawdew mis-sistema tal-parole fl-aħħar tliet snin. Dan intqal mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Chris Said. Il-Ministru Farrugia qal illi…

Aktar