Qorti
Għalliem akkużat li abbuża sesswalment minn ħamest ibniet

Għalliem ta’ 52 sena mill-Fgura nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li abbuża sesswalment minn ħamest ibniet li l-età tagħhom tvarja bejn 9 u 12-il sena.

Carmel Agius kien jagħti lezzjonijiet tal-privat tal-arti lil dawn it-tfal.

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Agius ġie akkużat li waqt il-lezzjoni huwa kien imiss lit-tfal fil-parti privata tagħhom.

Il-Qorti semgħet li l-każ beda jiġi investigat mill-Pulizija wara li tkellmet waħda mit-tfal nhar is-Sibt li għadda.

Min-naħa tagħha, il-Magistrat Donatella Frendo Dimech ordnat sabiex l-akkużat jinżamm arrestat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar