Relazzjonijiet Industrijali
Għalliema fi skola tal-Ingliż għada se jistrajkjaw

Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers avżat li l-għalliema li jaħdmu fil-Clubclass English Language School se joħorġu bi strajk nhar it-Tnejn.

Fi stqarrija l-union qalet li ilha tistenna li s-sid tal-iskola jpoġġi ma’ mejda magħhom biex jiddiskuti l-kwistjonijiet li hemm, iżda sal-lum din il-laqgħa ma saritx, anki jekk il-ġimgħa li għaddiet għamel kuntatt mal-kunsill tal-ELT u qal li se jibda d-diskussjonijiet.

Il-union qalet li għada filgħodu l-għalliema se jinġabru quddiem l-iskola biex jipprotestaw għall-fatt li mhux qed jitħallew jingħaqdu fl-istess union.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar