Edukazzjoni
AĠĠORNAT (2): Nuqqas ta’ qbil bejn l-unjins fuq l-ilma fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg skejjel u minflok imorru fiċ-ċentru tat-tagħlim alternattiv.

L-MUT qalet li l-problema kompliet tippersisti minkejja x-xogħlijiet. Żiedet tgħid li mhix ser tittollera l-ebda sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm ilma fl-iskejjel. Qalet li malli s-sitwazzjoni tiġi rimedjata, id-direttiva tiġi irtirata.

Fi stqarrija maħruġa iktar tard mal-jum, il-Union of Professional Educators, Voice of the Workers, qalet li l-Ministru Owen Bonnici kkonferma li l-problema tal-ilma fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid kienet ġiet solvuta, u għalhekk kienet infurmat lill-membri tagħha biex għada jirrapportaw għax-xogħol bħas-soltu.

Madanakollu, l-MUT sostniet li mhix konvinta bl-istqarrijiet li l-problema tal-ilma hija solvuta, u għalhekk ikkonfermat id-direttivi għal għada.

F’azzjoni oħra simili, l-MUT waqqfet il-lezzjonijiet f’żewġ isitituti fl-MCAST li ma kellhomx provvista ta’ ilma fil-faċilitajiet, inkluż dawk sanitarji.

It-tmexxija tal-MCAST qalet li n-nuqqas tal-provvista ta’ ilma kienet dovuta għal xogħlijiet li kienu qed isiru viċin il-kampus u malli kienet infurmata ttieħdu l-passi mal-korporazzjoni tal-ilma biex il-problema tkun rimedjata, u t-tiswijiet saru sas-siegħa neqsin kwart.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Ekonomija u Finanzi

Sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, il-Gvern kellu surplus ta’ €9,400,000 fil-fond konsolidat, filwaqt li f’Diċembru tal-2018, il-fond konsolidat kellu defiċit ta’ aktar minn €70 miljun. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li…

Lokali

Fl-2018, Malta kellha t-tieni l-akbar tnaqqis fl-għoti taċ-ċittadinanza waqt li l-akbar numru ta’ ċittadini barranin li kkwalifikaw għaċ-ċittadinanza Maltija kienu mir-Renju Unit. Skont ċifri tal-Eurostat, fl-2018, Malta tat iċ-ċittadinanza tagħha…

Aktar