Saħħa
“Għalxejn taħsel idejk jekk tħalli difrejk twal” – mikrobijologa

Aktarx li għal bosta tfajliet u nisa, xagħarhom u difrejhom huma l-mimmi t’għajnejhom. B’hekk, f’dawn il-jiem, bl-għeluq ta’ għadd ta’ ħwienet li jipprovdu servizzi mhux essenzjali, fosthom ta’ parrukkiera, ħwienet ta’ sbuħija, kif ukoll ta’ ħwienet tad-dwiefer, jaf bosta ħa tagħtihom rashom. Madanakollu, frott iċ-ċirkostanzi straordinarji li qed ngħixu fihom bħalissa, bla dubju, saħħet il-bniedem tiġi l-ewwel u qabel kollox, u billi dak li jkun ikollu difrejh jew xagħru mhux daqstant pinna daqs is-soltu mhux ser taqa’ d-dinja.

F’dan l-isfond, f’kummenti lil tvm.com.mt, Dr Gabrielle Zammit, mikrobijologa u lettur fi ħdan id-Dipartiment tal-Bijoloġija fl-Università ta’ Malta, spjegat li s-sitwazzjoni li nħolqot b’rabta mal-Covid-19 hija x-xoqqa f’moxtha biex dak li jkun joħodha drawwa li difrejh ma jħallihomx daqstant twal, biex kemm jista’ jkun ma jinġabarx ħmieġ taħthom. Żiedet tgħid, li l-probabbiltà hi li aktar kemm difrejna jkunu twal, aktar inlaqqtu mikrobi.

Filwaqt li saħqet li dan huwa parir li qed tagħti minn jedda, u li għaldaqstant m’huwiex xi obbligu, Dr Zammit spjegat li karatteristika ewlenija tal-Covid-19 hija li bħala virus jeħel ġmielu, u li huwa proprju minħabba f’hekk li lil hinn milli naħslu jdejna ta’ spiss tajjeb li dak li jkun iżomm difrejh qosra kemm jista’ jkun.

Good morning everyone, it’s useless to wash your hands and clean them with sanitizer if you have long nails since this…

Gepostet von Gabrielle Zammit am Freitag, 20. März 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, sostna li dan mhuwiex żmien tal-‘weekend breaks’, la f’Malta u lanqas f’Għawdex. Waqt konferenza stampa, il-Ministru Camilleri qal li kull passiġġier li jirkeb il-Gozo Channel…

Kurżitajiet

Fl-Indja uffiċjal tal-pulizija ħareġ bl-idea li jilbes tal-Covid-19 bil-għan li jħeġġeġ lill-pubbliku jibqa’ ġewwa biex ma tkomplix tinfirex il-marda. Kif jispjega fil-filmat, l-uffiċjal tal-pulizija jittama li bl-elmu li ħoloq, f’forma…

Lokali

Malta fakkret il-festa nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien, il-ġrajja li tfakkar it-tluq tas-servizzi Ingliżi u t-tmiem ta’ Malta sservi bħala bażi militari. Il-41 anniversarju mill-ġrajja tal-31 ta’ Marzu 1979 kellu jgħaddi…

Avjazzjoni

Transport Malta irrifjutat l-ajruplan Spanjol A330-202, għaliex l-ajruplan ried jibqa’ fl-ajruport. Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg fuq il-midja soċjali, li qal li l-permess ma ngħatax anki fl-isfond li bħalissa…

Aktar