Għamara x’aktarx ta’ ex-Prim Ministru fost 1,200 oġġett għall-irkant

Għamara li x’aktarx kienet fir-residenza tal-ewwel Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Howard, hija fost 1,200 oġġett li se jiġu rkantati. Ħafna mill-oġġetti kienu jiffurmaw parti minn kollezzjonijiet privati.

Irkantijiet f’Malta jsiru ta’ spiss iżda wħud minhom jattiraw aktar attenzjoni minħabba antikajiet ta’ preġju li wħud minnhom ikunu aktar jimmeritaw li jkunu fil-kollezzjoni nazzjonali aktar milli fil-kollezzjonijiet privati.

Żorna wirja ta’ qabel l-irkant u laqtuna diversi oġġetti li ser jinbiegħu għal prezz deċiż mid-daqqa tal-martell. Fost dawn ktieb rari dwar l-istorja tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta miktub mill-istoriku Franċiż, Abbe de Vertot fil-bidu tas-seklu tmintax. Sibna wkoll platt tal-fidda maħdum minn Saverio Meli li kien ġie ppreżentat lill-Brigadier Sir Thomas Graham bħala rikonoxximent mill-poplu Malti għas-sehem tiegħu biex il-Belt Valletta nħelset mill-Franċiżi fl-1800.

Minbarra, il-kwadri, minuti, armi, ġojjellerija, arloġġi u dokumenti antiki, l-irkant jinkludi għamara antika fosthom mera b’figura ta’ mara skolpita fl-injam li x’aktarx kienet parti mill-kollezzjoni tal-ewwel Prim Ministru Malti, Joseph Howard. Għall-wiri wkoll biċċiet ta’ arti mill-bottega ta’ Mattia Preti għall-arti kontemporanja tas-seklu 20 mill-artisti Esprit Barthet, Antoine Camilleri, Richard England, Emvin Cremona, Willie Apap u Ramond Pitre fost l-oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin iħossu li l-pajjiż ibbenefika mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Stħarriġ tal-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa li sar mill-Parlament Ewropew li sar bejn Frar u Marzu juri li 91% tal-Maltin wieġbu li Malta…

Saħħa

Espert kliniku mill-NHS Ingliża beda jara l-pazjenti bl-ADHD u jiddiskuti ma’ konsulenti mediċi lokali bil-għan li jagħti pariri lid-Dipartiment tas-Saħħa dwar mediċini tal-ADHD. Tliet ijiem ilu d-Deputat Prim Ministru u…

Stejjer Umani

Mara li kienet toqgħod f’wieħed mill-appartamenti li ġġarrfu fi Gwardamangia rnexxielha ssalva minn traġedja u salvat ukoll il-ħajja ta’ residenti li joqogħdu fl-istess blokka. Missierha, Lawrence Gauci, kiteb fuq is-siti…

Lokali

Id-devoti tal-Madonna tal-Karmnu llum reġgħu raw il-kwadru inkurunat tal-Madonna tal-Karmnu f’postu fis-Santwarju Bażilika fil-Belt. Dan wara li għamel sena u nofs nieqes sakemm fuqu saru interventi ta’ restawr u konservazzjoni….

Aktar