Annimali
Għamel 100km f’għawm u ġabar €3,700 għall-annimali abbandunati

F’Marzu li għadda Jake Vella, li jbati minn kundizzjoni rari, ngħata konċessjoni speċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa biex ikun jista’ jibqa’ jitħarreġ f’pixxina.

L-għawm huwa essenzjali għas-saħħa ta’ Jake, u dan is-sajf iddeċieda li juża dan l-eżerċizzju għal ġest nobbli billi jgħum 100 kilometru fuq 20 jum.

Fi tmiem il-ġimgħa Jake wassal donazzjoni sabiħa lill-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA), wara li ġabar is-somma totali ta’ €3,750 meta temm l-isfida tiegħu b’suċċess.

Minbarra flus minn ħafna benefatturi, is-somma tinkludi wkoll prodotti tal-ikel li ngħataw minn aġent lokali.

Ara wkoll:

Jake jingħata konċessjoni speċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jibqa’ jitħarreġ f’pixxina