Barranin
Għamel bypass f’qalbu u għandu 80 sena, iżda reġa’ mar fuq il-bank tal-iskola

Anzjan ta’ 80 sena fi Spanja ma qatax qalbu jerġa’ jirritorna fuq il-bank tal-iskola biex jistudja l-Istorja, iżda mhux biss. Miguel Castillo se jkun fost grupp ta’ studenti żgħażagħ li jmorru jistudjaw l-Italja permezz tal-programm ta’ skambju tal-Erasmus.

Castillo, li huwa missier ta’ tlieta u nannu ta’ sitta, qed jistudja l-Istorja fl-Università ta’ Valencia. Jgħid li ftit wara li rtira mill-karriera ta’ nutar, tah attakk f’qalbu u kellu jagħmel operazzjoni kbira tal-bypass.

Minn dak iż-żmien ħass li reġa’ twieled mill-ġdid, u ried jagħmel xi ħaġa mhux tas-soltu. Għalhekk iddeċieda li jibda jistudja l-Istorja, li minn dejjem kienet tinteressah.

Fuq parir ta’ wieħed mill-professuri tiegħu, Castillo applika biex imur jistudja f’Verona bil-programm tal-Erasmus.

Jgħid li ma jħossux barra minn loku qalb iż-żgħażagħ, anzi jħossu parti minnhom. “Jitrattawni b’mod eċċellenti, l-età biex problema!” isostni Castillo.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tħabbret il-mewt ta’ Stan Lee, ko-kreatur tal-Marvel Comics, fl-età ta’ 95 sena. Stan Lee hu l-kittieb u editur li kien wieħed mill-imħuħ wara karattri ta’ Marvel Comics bħal Spider-Man u X-Men. Lee,…

Barranin

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn…

Awstralja

Fl-Awstralja, qorti semgħet li mara li kienet akkużata li poġġiet labar tal-ħjata fil-frawli, għamlet dan minħabba li kienet motivata minn dispett. Ut Trinh, ta’ 50 sena kienet arrestata l-Ħadd wara…

Kurżitajiet

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom…

Aktar