Barranin
Għamel kirurġija plastika fuq għadd ta’ nisa wara li ppoża bħala tabib

Taljan li ppoża bħala tabib tal-kirurġija plastika wettaq għadd ta’ operazzjonijiet fir-Rumanija, bil-pazjenti tiegħu jispiċċaw isofru minn kumplikazzjonijiet.

Fuq il-midja soċjali Matteo Politi ta’ 39 sena kien jirreklama lilu nnifsu bħala espert fil-kirurġija tas-sider, u rnexxielu jqarraq b’erba’ kliniki u l-pazjenti tagħhom f’Bucharest. Politi kien qed jippoża taħt l-isem ta’ tabib Ingliż; Matthew Mode.

Allegatament l-infermiera li ħadmu miegħu waqt l-operazzjonijiet għokrithom għajnhom minnu meta deher li lanqas jaf affarijiet bażiċi, bħal jaħsel idejh sew u jilbes l-ingwanti. Intqal li operazzjonijiet li kellhom jieħdu siegħa spiċċaw tawlu erba’ sigħat u ma sarux kif suppost.

Politi ġie arrestat mill-awtoritajiet Rumeni u mistenni jitressaq quddiem il-Qorti. Intqal li fil-passat kien diġà pprova jippoża ta’ tabib fl-Italja, iżda kien biss irnexxielu jagħmel żewġ punti fuq pazjent qabel ma nqabad.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Papa Franġisku preseda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-funzjoni saret bil-Latin għalkemm l-omelija saret minn Patri Raniero Cantalamessa bit-Taljan li bbaża l-omelija tiegħu fuq it-tbatija ta’ Kristu…

Barranin

Ġurnalista li kienet qed tirrapporta dwar irvell f’Londonderry fl-Irlanda nqatlet b’tir. Il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala inċident terroristiku. Intant, dissidenti Repubblikani qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Lyra McKee ta’ 29…

Barranin

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena ta’ Ħamis ix-Xirka f’ħabs qrib Ruma. Huwa ħasel u bies saqajn tnax-il ħabsi. Din hija l-ħames darba li l-Papa mexxa s-servizz lil hinn mill-Vatikan,…

Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Aktar