Qorti
Għamel manuvra bil-karozza biex jevita lill-Pulizija biex spiċċa nqabad mill-AFM – instab b’60 pakkett droga

Spezzjoni mill-Pulizija ta’ vetturi għaddejjin minn triq f’Birkirkara s-Sibt filgħaxija wasslet biex Lydon Bonnici ta’ 31 sena li jgħix il-Mosta ġie mixli b’seniela ta’ akkużi. Il-Pulizija qalu li għajnhom għokrithom meta l-karozza li kien qed isuq għamlet manuvra biex tevitahom u mbagħad inqabad mill-Forzi Armati.

Fi tfittxija fuqu u fil-vettura, nstabu 60 pakkett bi droga suspettata li hija kokaina f’ċirkustanzi li juru li ma kinux għall-użu tiegħu. L-akkużat instab ukoll li kien qed isuq vettura mingħajr liċenzja u mingħajr polza tal-assigurazzjoni. Fil-Qorti hu ġie mixli li m’obdiex ordnijiet tal-pulizija u li kiser żewġ sentenzi li bihom ingħata l-ħelsien mill-arrest. Hu ġie akkużat li sar riċediv u li kellu wkoll fil-pussess tiegħu d-droga kannabis.

Lydon Bonnici wieġeb mhux ħati tal-akkużi. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistra Astrid May Grima, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.