Lokali
“Għamilna xi ħaġa li l-ebda pajjiż ieħor ma rnexxielu jagħmilha. Ma konniex reattivi imma proattivi ”- il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li l-imxija tal-Coronavirus f’Malta tinsab taħt kontroll u esprima sodisfazzjon li l-pubbliku qed juri sens ta’ maturita u responsabilità u qed jikkopera mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Waqt intervista fuq ONE, Dr Abela qal li r-rata ta’ infezzjoni f’Malta ma baqgħetx tielgħa ‘l fuq bis-saħħa u din ma ġratx b’kumbinazzjoni. Qal li jekk wieħed iħares lejn pajjiżi bħall-Italja u Spanja, fejn splodiet kemm ir-rata tal-infezzjonijiet u tal-imwiet. Il-Prim Ministru Abela qal li Malta antiċipat din l-emerġenza u kienet provattiva b’miżuri restrittivi biex ir-rata tal-infezzjoni tiżdied b’mod kontrollat.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern fittex li jintlaħaq bilanċ u r-restrizzjonijiet daħlu b’mod gradwali biex fost oħrajn ma jinħolqux problemi mediċi oħra bħal kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali. Dr Abela stqarr li m’hemm xejn ħażin jekk persuna toħroġ waħedha għal mixja jew għal ġirja bir-rota.

Waqt li semma l-eżempju tal-Indja bejn biljun ruħ jinsab f’lockdown li ħoloq dififkultajiet għal kulhadd, il-Prim Ministru qal li inutli li jiżdiedu l-faċilitajiet tas-saħħa għax jekk ma jkunx hemm koperazzjoni mill-pubbliku, ikun hemm żieda qawwja fl-infezzjonijiet li l-awtoritajiet tas-saħħa ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħha.

Il-Prim Ministru stqarr is-sodisfazzjon li stħarriġ indipendenti li ġie ippublikat fis-Sunday Times wera li l-maġġoranza kbira tal-poplu tat l-approvazzjoni tagħha għal mod kif il-Gvern qed imexxi f’din il-kriżi kemm mil-lat mediku kif ukoll mil-lat ekonomiku.

Il-Prim Ministru Abela ddeskriva l-qbil unanimu fil-Parlament dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef bħala waħda storika u bla preċedent. Qal li l-inkwiet politiku bejn il-partiti politiċi dejjem dar mas-saltna tad-dritt. Saħaq li l-qbil unanimu ma ntlaħaqx b’kumbinazzjoni, iżda sar wara li b’maturità ressaq l-isem ta’ Dr Mark Chetcuti li jgawdi integrità u serjetà. Il-Prim Ministru spjega li l-qbil ma ntlaħaqx biss fuq il-ħatra ta’ Dr Chetcuti iżda wkoll fuq kif eventalment ser jinħatru dawk li jiġu warajh u anke tal-membri l-ġodda tal-ġudikatura. Il-Prim Ministru qal li dan huwa xhieda li l-Gvern għandu għall-qalbu s-saltna tad-dritt.

Dr Abela qal li qed jestendi l-id tal-ħbiberija lill-Oppożizzjoni biex ikun hemm kunsens fl-għażla ta’ Kummissarju tal-Pulizija biex tintgħażel persuna li jkollha rispett minn kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

Aktar