Barranin
Għamlet l-eżamijiet fuq is-sodda tal-isptar nofs siegħa wara li welldet

Tfajla fl-Etjopja kienet determinata li trid tagħmel l-eżamijiet, tant li qagħdet għall-eżami fis-sodda tal-isptar, nofs siegħa biss wara li welldet tifel.

Almaz Derese ta’ 21 sena kienet qed tittama li tlesti l-eżamijiet qabel ma twelled, iżda dawn ġew posposti minħabba r-ramadan, u l-ewwel eżami beda meta daħlet fil-ħlas.

Almaz għamlet l-eżamijiet tas-sekondarja tal-Ingliż, l-Amharic u l-Matematika fl-isptar, u mistennija tagħmel il-kumplament tal-eżamijiet fi klassi normali.

Hija kienet telqet mill-iskola kmieni, iżda ddeċidiet li tkompli fejn ħalliet, tant li beħsiebha tagħmel kors ta’ sentejn biex tkun tista’ tidħol ukoll fl-università.

Almaz qalet li l-ħlas ma kienx diffiċli ħafna, għax kienet mgħaġġla u moħħha fl-eżamijiet li riedet tagħmel wara.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit, beda s-smigħ tal-appell imressaq quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit, li fi żmien tlett ijiem trid tagħti deċiżjoni dwar jekk il-Prim Ministru Boris Johnson setax jisssospendi l-Parlament. Dan wara…

Barranin

L-uffiċjali tal-Guardia Costiera Lucia Licciardi u Leopoldo Manna ġew akkużati bi qtil ta’ 268 persuni fosthom 60 tifel u tifla wara li naqsu milli jaqdu dmirijiethom. Il-każ imur lura għall-11…

Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Aktar