Barranin
Għamlet suwiċidju wara li bagħtitlu $90,000 u ndunat li seraqha

Mara neħħiet ħajjitha wara li allegatament bagħtet $90,000 lil raġel li ppoża ta’ suldat Amerikan stazzjonat fis-Sirja, iżda li fil-verità kien frodist.

Rubbin Sarpong ta’ 35 sena li jgħix fi New Jersey qed ikun akkużat li ffroda xejn inqas minn $2.1 miljun minn fuq dahar għadd ta’ nisa li waqgħu għal-lixka tiegħu.

Sa minn Jannar 2016 Sarpong kien juża siti tad-dating varji biex isib nisa suxxettibbli, fejn irnexxielu jgħaddi biż-żmien lil madwar 30 mara.

Allegatament Sarpong kien iwiegħdhom li se jagħtihom il-flus lura, iżda dawn il-flus qatt ma kienu jaslu. Sadanittant huwa kien itella’ ritratti u filmati tiegħu nnifsu fuq il-midja soċjali biex jiftaħar li huwa sinjur.

https://www.instagram.com/p/BhYZ8CDhL02/?utm_source=ig_web_copy_link

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar