Lokali
Għan li jħeġġeġ l-għoti tal-ftit mill-ħafna

Hu minnu li ż-żminijiet tal-festi ma tantx jagħmlu tajjeb għall-but . . . minn xiri ta’ rigali u ħwejjeġ, żraben u aċċessorji, ikliet, xorb u kwalunkwe ħaġa oħra li ssebbaħ il-memorja tal-festi. Il-Milied għandu wkoll naħa altruwistika u spiritwali li tqanqal li wieħed jaħseb f’ħadd ieħor.

L-attività: l-Istrina Cent Stunt għandha l-għan tħeġġeġ l-għoti tal-ftit mill-ħafna.

Din hija t-tieni darba li qed issir is-cent stunt fil-Belt bħala parti mill-attivitajiet tal-Istrina. Is-sena l-oħra minnha nġabru iktar minn €30,000. Waqt żjara li għamlet il-President Marie Louise Coleiro Preca, hija qalet li l-flus li jinġabru mill-Istrina huma kruċjali biex jgħinu lil dawk li jenħtieġu l-kura u t-trattamenti għall-kanċer u mard ieħor.

Fl-isfond tal-attivitajiet li kienu għaddejjin quddiem il-bini tal-Parlament waqt l-Istrina Cent Stunt, is-Segretarja tal-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, Dorothy Vassallo spjegat li l-għan tal-isfida huwa biex sal-Ħadd filgħaxija, ix-xbieha tal-Istrina li hemm mal-art timtela b’muniti taż-żewġ ewro.

Is-Segretarju Malta Community Chest Fund, Dorthy Vassallo qalet  ”it-talbiet tan-nies li jiġu għall-għajnuna żdiedet għaliex il-mard tal-kanċer żdied u l-ispejjeż tal-kemoterapija żdiedu wkoll. Fix-xahar qed noħorġu €800,000 kull xahar biex ngħinu lil min għandu bżonn allura f’sena sħiħa, dawn jammontaw għal somma sostanzjali u aktar ma niġbru iktar ifisser… li iva qegħdin hemm biex jagħtu s-support sostanzjali lil min għandu bżonn.”

Hija qalet li l-kampanja tal-Istrina tappella għall-istint ġeneruż u empatiku tal-poplu Malti billi tħeġġiġhom jikkontribwixxu biex jgħinu lil dawk li verament għandhom bżonn.

L-Istrina tilħaq il-qofol tagħha l-għada tal-Milied taħt il-patronċinju tal-President Marie Louise Coleiro Preca, f’xandira maratona li fiha l-kontribuzzjonijiet f’din l-attività, flimkien ma’ ġbir minn attivitajiet oħra u għotjiet mogħtija waqt il-maratona jingħaddu flimkien biex titħabbar is-somma finali li tkun inġabret.

 

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar