Kurżitajiet
Għandek bħalu fil-presepju?

Il-Bambin Ġesù fil-maxtura huwa ċ-ċentru tan-Natività iżda tradizzjoni Spanjola donnha qiegħda tisraqlu x-xena hekk kif ħadet l-għeruq fil-Presepju Malti.

F’Katalonja, dawk dilettanti tal-presepji żgur mhux forsi ma jarmawhx mingħajr dan il-pastur partikolari – bidwi li qiegħed jagħmel il-bżonnijiet tiegħu f’nofs ix-xena tan-Natività.

Il-preżenza ta’ dan il-pastur jaf joffendi lil xi wħud iżda huwa tradizzjoni antika tal-Katalonja li tmur lura għas-seklu 17 – żmien il-moviment Barokk fejn l-arti kienet issir fi stil realistiku u estravaganti.

Dan il-pastur issibu dejjem liebes il-beritta tipika tar-reġjun – il-barretina u xi kultant jaf issibu qiegħed jaqra l-gazzetta jew ipejjep il-pipa.

Iżda dan il-pastur mhux biss huwa prodott tal-epoka artisitka Barokka imma jġorr miegħu wkoll sinifikat – dik ta’ prosperità, saħħa u fertilità kollha marbutin ma’ dak li qiegħed jagħmel il-pastur.

Din it-tradizzjoni ta’ dan il-pastur bidwi baqgħet tintiret maż-żmien tant li hemm min ukoll taħ bixra moderna kif jixhed ir-ritratt li ġej:

L-Ispanjoli jsejħulu caganer, għall-Maltin x’jissejjaħ?