Edukazzjoni
Għandek ċans s’għada biex tapplika għall-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC

L-istudenti li m’għaddewx mill-eżamijiet bażiċi tas-SEC (O’level) għandhom ċans s’għada biex japplikaw għall-klassijiet ta’ reviżjoni li se jerġgħu jingħataw b’xejn mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Dawn il-klassijiet jikkonsistu fi programm intensiv ta’ 5 ġimgħat mill-aħħar ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Awwissu fis-suġġetti tal-Bioloġija, l-Ingliż, il-Malti, il-Matematika u l-Fiżika biex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżami riparatorju f’Settembru.

Għal iktar informazzjoni dwar dawn il-klassijiet wieħed jista’ jċempel fuq 2598 2280/1/2/3 jew 2598 2846, inkella tista’ żżur is-sit youthguarantee.edu.mt jew il-paġna ta’ Facebook Youth Guarantee Malta.  Dan il-proġett huwa parzjalment finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.

L-istudenti li japplikaw għal dawn il-klassijiet ma jkunux qed japplikaw awtomatikament għall-eżamijiet riparatorji u għalhekk huwa importanti li wieħed japplika għar-resits mal-MATSEC ukoll.