Lokali
Għandek inqas ċans li tinsteraqlek il-karozza?

Matul is-sena li għaddiet jirriżulta li kien hawn mat-300 karozza li nsterqu, bl-Ispettur Arthur Mercieca jgħid f’TVAM dalgħodu li r-rata ta’ serq qed tonqos fl-aħħar snin.

Huwa qal li ċ-ċans li tinsteraq karozza qed jonqos minħabba li ħafna vetturi mgħammra b’teknoloġiji sofistikati u diffiċli wieħed jikkommetti dan ir-reat.  Madanakollu semma li hawn min b’negliġenza jħalli l-karozza miftuħa u saħansitra anke startjata u f’dik l-aljenazzjoni l-vettura tinsteraq.

L-Ispettur Mercieca qal li l-vetturi jinsterqu għal bosta raġunijiet, fosthom għall-parts, għal joy ride (tfal taħt l-età jmorru dawra b’karozza u jabbandunawha x’imkien), minħabba frodi tal-assigurazzjoni, kif ukoll biex jintużaw għal reati oħra.

L-iktar li jinsterqu l-karozzi huwa minn postijiet imwarrba, bl-iktar lokalitajiet fejn jidħlu rapporti ta’ karozzi misruqa huma B’Kara, Ħamrun, San Ġiljan.  L-Ispettur Mercieca qal li bħala medja 40% tal-vetturi misruqa jinstabu.

Segwi hawnhekk siltiet mill-intervista li saret lill-Ispettur dalgħodu f’TVAM.

Tista’ terġa’ ssegwi TVAM tal-lum fuq TVMi – TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM u TVMi mis-7am sad-9am.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara laqgħa li kellhom illejla s-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU, ftehmu li minn għada mhux se jħallu s-servizz tal-fuel bl-automatic. Dan ifisser li s-sevizz mill-pompi se jkun sas-sitta ta’ filgħaxija,…

Lokali

Fredrick Attard stqarr li m’għandux kliem biex jirringrazzja lid-donaturi tad-demm li bil-ġest tagħhom jistgħu jsalvaw lil ommu u lil oħtu li jeħtiġilhom trasfużjoni tad-demm bħala parti mill-kura kontra l-kanċer tas-sider…

Lokali

Iktar tard din il-ġimgħa, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha żjara statali fit-Turkija. Hi se tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tan-negozju magħmulha minn 50 persuna. Delegazzjoni ta’ 50 persuna se…

Lokali

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil…

Aktar