COVID-19
“Għandhom jieqfu u ma jsirux” – il-kap tat-taqsima tal-mard infettiv dwar il-parties u l-festi

Il-Kap tat-Taqsima tal-Mard Infettiv fl-Isptar Mater Dei iddikjara li hu nkwetat iżda mhux allarmat biż-żieda fin-numru ta’ każijiet ta’ covid-19 f’Malta. Huwa fisser ruħu wkoll ottimist li s-sistema tas-saħħa f’Malta hija robusta biżżejjed biex in-numri jerġgħu jiġu kkontrollati.

Dr Mallia Azzopardi kien intervistat waqt il-programm Rasimbras u ta wkoll l-opinjoni tiegħu dwar l-attivitajiet tal-massa li qed isiru f’pajjiżna.

“Fl-opinjoni tiegħi għandhom jieqfu u ma jsirux.”

Dikjarazzjoni ċara minn Dr Charles Mallia Azzopardi, Kap tat-Taqsima tal-Mard Infettiv fl-Isptar Mater Dei, meta fil-programm Rasimbras kien mistoqsi dwar l-attivitajiet tal-massa, il-parties u l-marċi tal-festi wara ż-żieda fil-każijiet ta’ covid-19 f’Malta.

“M’hemmx dubju li turiżmu u airports riedu jiftħu. Ma nistgħux immutu bil-guħ biex ma nħallux il-virus… imma li nħallu mass gatherings flimkien, meta għandek konċentrazjoni ta’ nies, li qegħdin flimkien, ma jistgħux josservaw mitigation factors social distancing, speċjalment meta tpoġġi l-alkohol fis-sitwazzjoni, hemmhekk qed tpoġġi sitwazzjoni li mhux aċċettabli,” kompla Dr Mallia Azzopardi.

Dr Mallia Azzopardi stqarr li hu nkwetat bin-numri li żdiedu fl-aħħar jiem, imma mhux allarmat għax qal li s-sistema tas-saħħa f’Malta diġà wriet li hi robusta biżżejjed.

“Jien nistenna li jkollna clusters every so often, imma sakemm m’għandniex vaċċin li hu effettiv u se jirnexxielna ntuh lill-popolazzjoni kollha u nkunu nistgħu ngħidu li l-popolazzjoni hija immune, aħna rridu noqogħdu attenti,” kompla Dr Mallia Azzopardi.

Dwar id-94 immigrant li daħlu Malta t-Tnejn filgħaxija u li żewġ terzi minnhom instabu pożittivi għall-coronavirus, Dr Mallia Azzopardi qal li dawn mhux ta’ periklu: “Is-sistema tas-saħħa tagħna, nerġa’ u ngħid, kicked in from the word go, ġew iżolati mill-ewwel. Nies fil-popoplazzjoni Maltija ma ġewx esposti għalihom.”

Il-fatt li Malta tista’ tagħmel 2,000 test kuljum u l-fatt li f’Malta jistgħu jiġu infurzati iżolament u kwarantina mmedjata kull meta jkun hemm dubju, dawn iqawwulu qalbu: “Fuq dawk 2 fatturi li Malta b’saħħitha ħafna. Jien ottimist li nistgħu nerġgħu nikkontrollaw in-numri tagħna.”

Dwar it-testijiet li qed jiġu isiru fuq vaċċini differenti f’pajjiżi differenti madwar id-dinja, Dr Mallia Azzopardi qal li tnejn minnhom qed jagħtu riżultati inkoraġġanti. L-isfida tibqa’ li jiġu prodotti biżżejjed dożi għal kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar