Immigrazzjoni
Għandhom jingħataw id-dritt għall-vot l-immigranti?

Id-Direttur ta’ Aditus Dr Neil Falzon huwa tal-fehma li l-immigranti għandu jkollhom il-jedd li jivvutaw.

Meta kien qed jiġi intervistat fil-programm Insights, Dr Falzon qal li jekk persuna tkun ilha tgħix f’Malta għal diversi snin għandu jingħatalha d-dritt tal-vot jekk tkun qed tħallas it-taxxa u l-bolla jew qed tikkontribwixxi b’xi mod fis-soċjetà, kif tista’ ssegwi hawnhekk.

Din id-dikjarazzjoni saret fl-isfont tal-istorja ta’ Karim u li xxandret fl-istess programm.  Karim ilu jgħix Malta 13-il sena, jgħix Ħaż-Żebbuġ u integra sew fil-komunità, tant li fost affarijiet oħra huwa membru mal-każin ta’ San Filep.

Tista’ tara l-programm TVMi Insights fuq TVMi – Insights jixxandar nhar ta’ Ħadd filgħaxija wara X Factor Malta.

Ara wkoll:

ARA: L-immigrant Żebbuġi li sar akkanit għal San Filep

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Iċ-Chairman tal-Public Broadcasting Services Limited, Cavaliere Dr Tonio Portughese ppreżenta d-DVDs tal-kunċert mill-Banda La Valette “La Sollevazione di Cristo” u l-intervista mal-Mro Joseph Sammut lill-President Jonathan Grima kif ukoll lis-Sindku…

Droga

16-il persuna, fosthom żewġ nisa, fl-etajiet ta’ bejn l-20 u l-55 sena, temmew programm ta’ rijabilitazzjoni mill-użu tad-droga u ħadu sehem f’ċerimonja ta’ gradwazzjoni li ċċelebrat is-suċċess tagħhom. Iċ-ċerimonja bit-tema…

Lokali

Il-Fondazzjoni Foodbank Lifeline tal-Knisja Metodista f’Malta qed tkompli tifrex il-ħidma tagħha bit-tqassim ta’ ikel lil familji fil-bżonn. Il-Fondazzjoni qalet li sal-aħħar tas-sena mistennija tgħin aktar minn 16,000 persuna bi spiża…

Kronaka

Ġuvni u tfajla weġġgħu gravi wara li tard lbieraħ kienu involuri f’inċident bil-karozza. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas f’Marsaskala għall-ħabta tal-11.00pm. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija tad-Distrett…

Aktar