Stejjer Umani
“Għandi 24 sena u nħossni bla saħħa” – Mandy Vella

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs u ma tistax taħdem normali. Il-kundizzjoni tagħha taffettwa madwar għoxrin ruħ f’Malta u issa hemm tama b’mediċina ġdida li iżda tiswa’ l-belli liri.

Mandy Vella kellha biss tliet snin meta l-ġenituri tagħha ndunaw li kellha xi ħaġa mhux normali, u ngħataw l-aħbar li kellha l-kundizzjoni cystic fibrosis li sa dak iż-żmien qatt ma kienu semgħu biha. Cystic Fibrosis hija diżordni fil-ġenetika li taffettwa l-pulmun, il-frixa, il-musrana u l-fwied. Mandy qalet li qed tħoss saħħitha sejra lura ħafna.

Mandy Vella qalet “riċenti kelli nnaqas il-ħinijiet tax-xogħol, bdejt ngħajja ħafna, 8 sigħat kien qed ikun too much għalija, jinqatagħli nifsi, għajjiena, nibda nisgħol”.

Mandy qalet li bħalissa hawn mediċina jisimha Orkambi fir-Renju Unit, li tiswa €100,000 fis-sena, u li f’Malta għalissa mhix aċċessibbli.

“Mediċina li kapaċi żżommok stabbli, u jkun hemm improvements biha, hopefully li tkun tista’ tiġi Malta, biex min għandu CF ikollu l-kura” qalet Mandy.

Mandy qalet min ikollu Cystic Fibrosis isofri ħafna mill-mikrobi li jieħu minn ħaddieħor.”Aħna rridu noqogħdu attenti minn germs, riħ jew xi ħadd jagħtas” kompliet tgħid Mandy.

Mandy qalet li se taħdem kemm tiflaħ għal kampanja ta’ għarfien u qed tappella għall-għajnuna biex il-ħajja ta’ tfal u nies oħra li għandhom Cystic Fibrosis ikollhom tama ta’ ħajja aħjar.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar