Politika
‘Għandi l-obbligu li nerfa’ r-responsabbiltà għall-ġid komuni tal-Partit kif ukoll bħala Kap tal-Oppożizzjoni’

Ftit tal-minuti ilu beda jitlaqqa’ l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, biex imbagħad fis-7pm jitlaqqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit, fid-dawl tad-deċizjoni tal-President George Vella li jżomm lil Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni, minkejja li l-ġimgħa li għaddiet tilef il-fiduċja tal-maġġoranza tal-grupp parlamentari tiegħu.

Hu u dieħel id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hu għandu l-obbligu li jerfa’ r-responsabbiltà tal-ġid komuni tal-Partit kif ukoll bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Dr Delia kien qed iwieġeb għall-mistoqsija ta’ TVM dwar jekk kellux kuntatt mal-4 membri parlamentari, Therese Comodini Cachia, Claudette Buttigieg, Chris Said u David Thake li elenka lbieraħ waqt il-programm realtà. Dan wara li lbieraħ qal li dawn kienu ċari f’diskorshom u għalhekk fil-konfront tagħhom il-fiduċja qatt ma tista’ tiġi rkuprata. Tenna għal darb’oħra li huwa diffiċli li jkollok fiduċja f’min jiddikjara li m’għandux fiduċja fik.

Temm jgħid li llejla d-diskussjoni għandha tkun ibbażata fuq dak li qed jiġri f’Malta u kif il-Partit Nazzjonalista għandu jattrezza għalih.

Aġġornament 6pm:

Aġġornament 8pm:

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar