Kronaka
“Għandi xorti li għadni ħaj” – sewwieq li skapula t-trakk fil-Mellieħa

“Għandi xorti li għadni ħaj.” Dan kien wieħed mill-kummenti ta’ għadd ta’ sewwieqa li lbieraħ skapulaw trakk li beda jsuq b’mod perikoluż fil-Mellieħa.

It-trakk laqat għadd ta’ karozzi u baqa’ sejjer, anki meta nqalagħlu t-tyre.

Fuq il-midja soċjali, Gordon Pace Bonello qal li ra t-trakk ġej lejh b’veloċità qawwija, u biex jevitah irnexxielu jaqsam fuq in-naħa l-ħażina tat-triq. “Kienet deċiżjoni ta’ malajr dik li kelli nagħmel. Jew hekk, inkella bla dubju kont immut fuq il-post.”

Ikkummentat ukoll Tania Borg, li qalet li l-karozza bluna tal-għamla Honda, li tidher fi tmiem il-filmat imxandar esklussivament minn TVM, hija ta’ membru tal-familja tagħha.

“Membru tal-familja tiegħi għandu xorti li ma mietx illum, kaġun ta’ sewqan traskurat minn xufier ta’ trakk li kien qed isuq b’veloċità qawwija fuq in-naħa l-ħażina tat-triq.” Qalet li dan laqat il-Honda u baqa’ sejjer.

Sewwieqa oħra li tkellmu ma’ TVM u ma xtaqux jiġu identifikati, qalu li wara li t-trakk laqtilhom il-karozza, baqgħu jsegwuh minkejja x-xokk li kellhom fuqhom, fejn fost oħrajn ġibdulu filmat u ħadulu għadd ta’ ritratti, u assistew waqt li kompla jaħbat f’vetturi oħra.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Trakk ikisser għadd ta’ vetturi fil-Mellieħa u jibqa’ sejjer

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar