Reliġjon
“Għandkom raġun tkunu rrabbjati għall-Knisja” – il-Papa

Il-Papa Franġisku wasal fil-kapitali tal-Estonja, Tallin, fl-aħħar ġurnata tat-tour tiegħu fil-pajjiżi Baltiċi. Huwa kien milqugħ fl-ajruport mill-President Estonjan Kersti Kaljulaid. Minbarra laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern u anke kkonċelebra Quddiesa, il-Papa ħa sehem f’laqgħa ekumenikali maż-żgħażagħ.

Liż-żgħażagħ, il-Papa Franġisku qal li għandhom kull dritt ikunu irrabbjati għall-Knisja Kattolika fil-mod ta’ kif aġixxiet fl-iskandli tal-abbużi sesswali, hekk kif qed tiffaċċja akkużi ġodda fiċ-Ċilì u fil-Ġermanja. Qal li jrid li l-Knisja tkun kommunità bla biża’.

“Aħna nafu li kif għedtulna intom ħafna żgħażagħ ma jdurux fuqna għal xi ħaġa għaliex ma jħossux li għandna xi ħaġa sinifikanti x’ngħidulhom. Dan huwa orribbli. Meta Knisja, komunità taġixxi b’tali mod, iż-żgħażagħ jaħsbu li dawn in-nies ma jgħidu xejn li se jservi l-ħajja tiegħi” qal il-Papa Franġisku.

L-Estonja hija waħda mill-iktar pajjiżi sekulari fid-dinja, b’4,500 kattoliku biss minn popolazzjoni ta’ 1.3 miljun persuna.

Aħbarijiet Oħra
Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja. Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità…

Kurżitajiet

Fiċ-Ċina, tifel ħarab lil missieru fi stazzjon tal-ferroviji ta’ Xiaolan, fil-belt ta’ Zhongshan.  Meta suppost kellu jgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà tal-istazzjon, il-missier ma sabx lil ibnu u beda jinkwieta. It-tifel instab…

Barranin

Il-Bażilika Sagrada Familia f’Barċelona, waħda mis-siti turistiċi, se tħallas mal-€35 miljun lill-awtoritajiet wara li nbniet mingħajr permess. Ix-xogħol fuq il-Bażilika beda fl-1882 u kienet iddiżinjata minn Antoni Gaudí. Is-sit huwa wirt…

Barranin

Qed ikun meqjus bħala miraklu meta t-tarbija, li meta kienet għadha prematura waqfitilha qalbha għal 22 minuta, iċċelebrat l-ewwel għeluq sninha. Lacey Sherriff, li twieled ta’ 27 ġimgħa tiżen 635…

Aktar