Temp
Għandna noqogħdu fuq l-irwiegel għat-tbassir tat-temp?

L-irwiegel huma 12-il ġurnata qabel il-Milied, bejn it-13 u l-24 ta’ Diċembru, li jirrappreżentaw kull xahar tas-sena ta’ wara.

Samuel Cutajar, li huwa espert u dilettant tat-temp, qal dalgħodu f’TVAM li hemm min jaqsam kull jum tal-irwiegel fi 2 jew 4 partijiet tal-ġurnata.

Ġab l-eżempju jekk filgħodu jkun bnazzi mela jgħidu li l-ewwel nofs tax-xahar se jkun sabiħ, filwaqt li jekk ikun il-maltemp wara nofsinhar allura t-tieni nofs tax-xahar ikun imbassar il-maltemp.

Iżda x’wieġeb dwar jekk l-irwiegel humiex relevanti għat-tbassir tat-temp?

Tista’ terġa’ ssegwi TVAM tal-lum fuq TVMi – TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM u TVMi mis-7am sad-9am.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Lokali

Il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, l-IIP sa issa kkontribwixxa kważi sitt mitt miljun ewro (€582) fil-fond nazzjonali għall-iżvilupp soċjali li twaqqaf apposta u fil-Fond Konsolidat. Fir-rapport annwali maħruġ mill-Uffiċċju li jirregola…

Aktar