Lokali
Għandu jkollom ‘kaxxa sewda’ l-karozzi biex tirreġistra x’seħħ f’inċidenti?

Biex jiġu evitati inċidenti, il-Parlament Ewropew għadu kif approva regoli ġodda, fosthom ta’ sigurtà, f’tentattiv biex jonqsu l-fatalitajiet fit-toroq.

Il-proposti tal-Ewroparlamentari Pollakka Róża Thun, li ħadmet fuq ir-rapport biex tiġi nfurzata l-liġi f’dan ir-rigward, ġew approvati u fost l-oħrajn jikkonsistu fl-istallazzjoni ta’ tagħmir teknoloġiku fil-karozzi ġodda kollha minn Mejju tal-2022.

Is-sistemi avvanzati li qablu dwarhom l-MEPs jikkonsistu fl-istallazjoni ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni tal-avvenimenti (‘black box’), kontrolli meta l-vetturi tinstaq b’veloċità eċċessiva, projbizzjoni ta’ sewqan f’każ ta’ alkoħol eċċessiv, twissija f’każ li sewwieq ikollu n-ngħas jew ikun distratt, sinjal f’każ ta’ waqfien f’daqqa jew jekk il-vettura tkun qed timxi lura.

Trakkijiet u karozzi tal-linja ser ikollhom jiġu ddiżinjati biex min jimxi fit-triq ikun iżjed viżibbli għas-sewwieq. Dawn il-vetturi ser ikollhom jiġu mgħammra b’elementi avvanzati biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu l-‘blind spots’ quddiem u ma’ ġenb is-sewwieq.  Din it-teknoloġija għandha ssir obbligatorja minn Novembru 2025 għal mudelli l-ġodda u minn Novembru 2028 għall-vetturi l-ġodda tal-mudelli eżistenti.

Ir-rapport tal-MEP Thun għadda b’578 vot favur, 30 kontra u 25 astensjoni.  Dawn ir-regoli issa jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Ministri tal-UE.

Fl-2018, statistika uffiċċjali turi li mietu 25,100 persuna f’inċidenti tat-trarffiku fl-UE.  F’Malta l-ammont ta’ fatalitajiet kien ta’ 18-il persuna s-sena l-oħra.

 

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

L-Air Malta keċċiet 69 bdot wara li fi stqarrija ddikjarat li taħditiet mal-Union tal-Bdoti, l-ALPA, fallew. Il-linja nazzjonali tal-ajru qalet li t-taħditiet kellhom l-għan li jevitaw is-sensji, fl-istess waqt li…

Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni fil-Belt. F’dan iċ-ċentru, iż-żewġ partijiet li jkollhom kwistjoni bejniethom jistgħu jagħżlu li jippruvaw jaslu għall-ftehim qabel jirfsu l-għatba tal-Qorti, u jtemmu tilwima bejniethom b’anqas spejjeż…

Kultura

L-ismijiet tal-frontliners kollha Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID-19 ġew inklużi fuq libsa ddisinjata lokalment, f’ġest kreattiv ta’ apprezzament lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma, li għadha għaddejja. L-organizzatur tal-Malta Fashion Week…

Solidarjetà

Familja Maltija li kellha każ ta’ Covid-19, kif għadda kollox b’wiċċ il-ġid, tat €1,000 lill-Kummissjoni Emigranti biex bihom tgħin refuġjati li hawn f’Malta. Din id-donazzjoni wasslet biex bdew jitqassmu xirjiet…

Aktar