Dieta
Għandu jkun hemm inċentiv li jħeġġeġ lin-nies jixtru ikel ismar – esperti

Pastizz, pizza jew xi sausage roll jiswew biss ftit ċenteżmi tal-ewro . . . iżda l-obeżità f’Malta tiswa lill-pajjiż aktar minn €36 miljun kull sena. Dan hekk kif f’Malta huwa stmat li 7 persuni minn kull 10 għandhom piż żejjed.

Il-Kap tad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Istudji tal-Konsumatur fl-Università, il-Professur Suzanne Piscopo, qalet li taqbel mal-proposta li qed tiġi kkunsidrata f’Malta, li ma jkunx hemm pastizzeriji kantuniera bogħod mill-iskejjel.

Il-Prof Piscopo qalet f’Insights li f’Malta għaddejjin taħditiet biex ikun hemm taxxa fuq xarbiet biz-zokkor bħal luminati u soft drinks.  Madankollu hi tħoss li pari passu ma’ din it-taxxa għandu jkun hemm inċentiv li jħeġġeġ lin-nies jixtru ikel ismar bħal pereżempju għaġin u ħobż.

Insights tista’ ssegwih fuq TVMi jew nhar ta’ Ħadd fl-10.45pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar