Storja
Għandu jsir monument biex ifakkar l-interdett?

Waqt il-programm Dissett li ddiskuta l-mitt sena storja tal-Partit Laburista, ġie trattat ukoll l-Interdett u jekk għandux isir monument biex ifakkar din il-parti tal-istorja Maltija.

Jacky Mercieca hija tal-fehma li f’Malta għandu jkun hawn monument li jfakkar l-Interdett filwaqt li l-Professur Simon Mercieca qal li l-Partit Laburista għandu kull dritt jagħmel monument imma dan ma għandux jitħallas mill-Istat.

Mark Camilleri qal li l-konflitt reliġjuż bejn il-Partiti Laburista u l-Knisja fis-sittin huwa avveniment importanti, minħabba li mmarkat il-qasma soċjali u t-tbatija li għaddew minnha l-Laburisti f’dawk iż-żminijiet. F’dan il-kuntest qal li dan il-monument għandu jsir u jiġi mħallas mill-Istat.

Il-Professur Domenic Fenech qal li qabel jiġi diskuss jekk għandux isiru monumenti ġodda, għandha ssir analiżi tal-kwalità tal-monumenti nazzjonali li hawn fil-pajjiż, li fil-fehma tiegħu, uħud tiegħu huma koroh.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Reliġjon

Il-knejjes baqgħu bil-bibien magħluqa u l-bankijiet vojta. Għall-Ġimgħa l-Kbira din hi xena li qatt ħadd ma esperjenza, lanqas fil-gwerra! Diversi parroċċi xandru fuq il-midja soċjali mumenti ta’ talb quddiem l-altar…

Aktar