Stejjer Umani
Għandu l-karozza li fiha kien jitla’ ta’ spiss San Ġorġ Preca

Għandu 67 sena, u flimkien ma’ missieru sa minn ċkunitu trabba b’passjoni kbira għal trakkijiet militari Amerikani u Ingliżi, u inġenji oħra fosthom magni tal-ajruplani. Michael Cachia jqatta’ ħinu jibni trakkijiet militari żarmati, u għandu kollezzjoni kbira ta’ nġenji militari, u saħansitra karozza antika li kienet tintuża biex tieħu lil San Ġorġ Preca minn post għall-ieħor.

Din hija waħda mill-oġġetti militari li għandu Michael Cachia, magħruf bħala tal-Piti minn Bengħajsa Birżebbugia, sirena tal-gwerra li titħaddem bl-idejn. Kienet tintuża biex twissi lin-nies jinżlu fix-xelters minħabba attakki militari bl-ajru fi żmien il-gwerra. Michael li llum għandu 67 sena għandu passjoni kbira għal trakkijiet u inġenji antiki, passjoni li wiret mingħand missieru Pawlu. Michael qal li fi żmien l-Ingliżi, missieru kien jaħdem u jipprovdi servizzi għall-militar.

Michael qalilna li kif kien jagħmel missieru jħobb iġemma’ affarijiet marbuta mal-istorja ta’ Malta, fosthom karozza tat-tifi tan-nar li ntużat fl-1975 meta kien waqa’ ajruplan tat-tip Vulcan Bomber f’Ħaż-Żabbar. Kull vettura militari li għandu Michael taħdem u jekk ma taħdimx jara kif jagħmel biex iġibha taħdem.

“Tkun minnek, konna żgħar, aħna konna naħdmu mal-Ingliżi u tibqa’ fik u dejjem infaddlu u niltaqgħu u nħawwad u nagħmel…”

Meta ddur fid-dar ta’ Michael taħseb li qiegħed f’mużew ta’ trakkijiet militari, u vetturi antiki u kull tip ta’ oġġett li wieħed jista’ jimmaġina, minn magni ta’ trakkijiet antiki, magni ta’ ajruplani, u saħansitra karozza antika Morris tas-snin tletin li skont Michael kienet jitla’ fiha San Ġorg Preca.

“Din il-karozza kienet tan-nannu u tawha lil missieri u kien imur għal Dun Ġorg Preca l-Ħamrun, itellgħu Bengħajsa l-quddies u jieħdu lura, din rikeb fiha Dun Ġorg Preca.”

Entużjast u anki ftit eċċitat Michael uriena trakk militari żarmat li qed jibnih biċċa biċċa. Meta staqsejtu jekk għandux xi ħolma Michael qalilna li qed jgħix il-ħolma tiegħu, imma jieħu gost jekk issa barra it-tant trakkijiet militari, forsi jirnexxielu jġib ukoll ajruplan. X’ħin konna hemm Michael lemaħ kaxxa antika tad-daqq ta’ nannuh li ħaseb li ma kinitx taħdem, imma meta ppruvaha bdiet iddoqq mużika ta’ snin il-gwerra, b’Michael jgħid li qed jimmaġina lil nannuh jifraħ u jiżfen ma’ din il-mużika ħelwa.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar