Ippjanar u bini
Għaqdiet ambjentali jiftħu kawża kontra l-PA fuq is-sit tal-Jerma

Grupp ta’ seba’ għaqdiet ħabbru li fetħu kawża kontra l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) wara li din naqset milli tirtira l-pjan ta’ żvilupp (Development Brief) għas-sit tal-Jerma f’Wied il-Għajn.

L-istess għaqdiet kienu ppreżentaw protest ġudizzjarju lill-awtorità x-xahar li għadda, fejn qalu li din implimentat proċedura ta’ konsultazzjoni li kellha diversi irregolaritajiet, fosthom l-inklużjoni ta’ aktar żoni minn dawk delineati fil-Pjan Lokali.

Qalu li s-sit immarkat għall-iżvilupp huwa żona ekoloġika li għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku u fejn mhija permessa l-ebda żieda fl-għoli jew fil-volum tal-bini, kif ukoll sit ta’ patrimonju storiku.

L-għaqdiet qalu li jekk il-pjan ta’ żvilupp propost mill-PA jgħaddi, iwassal għal proġett ta’ żvilupp kbir li jħalli impatt negattiv fuq l-infrastruttura tar-raħal u l-ħajja tar-residenti, mingħajr ebda benefiċċju fit-tul għal-lokalità.

L-għaqdiet li fetħu l-kawża huma: Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Green House, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Ramblers Association of Malta, The Archaeological Society of Malta.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar