Saħħa
Għarfien dwar il-prekawzjoni kontra l-mard tal-qalb

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar il-prekawzjoni kontra l-mard tal-qalb u l-kumplikazzjonijiet serji tiegħu.

Fil-Jum tal-Ħadd, membri tal-pubbliku għamlu testijiet tal-pressjoni, taz-zokkor u tal-piż fil-foyer tal-Isptar Mater Dei fejn is-Soċjetà Maltija tal-Qalb, flimkien mal-Għaqda tal-Istudenti tal-Mediċina għamlu kampanja edukattiva dwar il-mard tal-qalb.

Il-pubbliku anke ngħata taħriġ prattiku dwar l-ewwel għajnuna, bħas-CPR għal każi ta’ attakk tal-qalb.

Iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija Robert Xuereb qal li l-mard tal-qalb huwa l-ikbar kawża tal-imwiet fost il-Maltin. Huwa qal importanti li l-pubbliku jagħti każ tal-ikel li jiekol u jagħmel testijiet regolari għal kolesterol, iz-zokkor u l-pressjoni.

Dr Xuereb qal li fl-aħħar xhur, it-test magħruf bħala stress test li jimmarka kif il-qalb tkun qed tħabbat qed isir biex jagħti riżultati aktar preċiżi.

Dr Xuereb qal “waqt li qed nagħmlu l-istress test fejn nieħdu l-ECG biex naraw jekk hemmx sinjali ta’ djuq tal-arterji tal-qalb, nagħmlu wkoll echo cardiogram qabel nibdew l-eżerċizzju kif ukoll wara li nispiċċaw l-eżerċizzju biex b’hekk naraw il-qalb kif qiegħda tħabbat. Mela jekk hemm xi djuq tal-arterji tal-qalb ser nippikkjawha bejn għax naraw l-ECG kif ukoll għax naraw l-echo u nindunaw li parti tal-muskolu tal-qalb ma tibqax tħabbat tajjeb wara l-eżerċizzju.”

Il-pubbliku kellu l-opportunità jara s-swali u t-tagħmir li jintuża biex jiġu kkurati persuni li jsofru bi mard tal-qalb.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Politika

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ikkonkluda li stqarrija li l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici ħareġ, permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, ma kinitx tikser il-kodiċi ta’ etika. Il-Kummissarju Hyzler investiga ilment imressaq mill-Avukat…

Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Caruana Carabez, qal li se jinvestiga kemm hi kbira l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema wara li fl-aħħar jiem uffiċjali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni ndikaw li tista’ tinħareġ sejħa…

Aktar