Barranin
Għargħar u valangi tat-tajn fil-Punent tal-Indja jħallu aktar minn 100 mejta

Fil-Punent tal-Indja, ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin b’ħidma biex isalvaw kemm jista’ jkun nies wara li l-istat ta’ Maharashtra ntlaqat minn xita qliel, l-agħar fl-aħħar 40 sena u flimkien ma’ valangi tat-tajn għerrqu għexieren ta’ djar.

Bħalissa huwa żmien il-monsoon fl-Indja li normalment idum bejn Ġunju u Settembru, iżda l-ammont ta’ xita li qed tagħmel huwa ħafna aktar minn kemm normalment tinżel. S’issa, l-ammont ta’ nies li mietu f’dan id-diżastru tela’ għal 125. Ix-xita li ma qatgħet xejn għal diversi jiem qed taffettwa l-ħajja ta’ mijiet ta’ eluf ta’ nies filwaqt li ħafna xmajjar qed ifuru.