Barranin
Għarusa titkaża bl-aġir ta’ mistiedna li mliet 10 kontenituri bl-ikel mit-tieġ

F’Pennsylvania, għarusa qasmet l-esperjenza li kellha fuq il-media soċjali u tkażat b’waħda mill-mistednin għall-aġir xejn etiku li kellha waqt it-tieġ tagħha.

L-għarusa kitbet fuq Facebook li tinsab iddiżgustata b’dan l-atteġġjament u rrakkontat kif hi u żewġha kellhom ċerimonja u riċeviment żgħir tat-tieġ, b’madwar 25 mistieden, li l-parti l-kbira kienu familjari u ħbieb.

Waħda mill-mistednin kienet ħabiba ta’ missierha, li stednitha biex ikollu ma’ min jissoċjalizza minbarra ma’ ommha.  Ftit tal-jiem qabel it-tieġ, din il-mistiedna talbet lil missierha jekk tistax tieħu lil bintha u lil żewġha magħha t-tieġ u s’hemm l-għarusa ma sabitx oġġezzjoni.

Iżda meta marret it-tieġ, mingħajr żewġha, din il-mistiedna dehret b’10 kontenituri tal-plastik, li 7 minnhom imliethom bl-ikel, 3 oħra bil-ħelu li kien hemm fil-buffet, filwaqt li ħadet xi fliexken tal-birra u ħafna mill-fjuri li kien hemm fuq l-imwejjed.

L-għarusa kitbet li dak il-ħin tat-tieġ ma ndunatx b’dak li kien ġara, iżda l-għada tat-tieġ missierha qalilha x’kienet għamlet dik li suppost il-ħabiba tiegħu.  Agħar minn hekk, l-għarusa rrabjat meta sabet li bħala rigal din il-mara kienet tatha $5 biss.

Żiedet tgħid li din il-mara mhix fqira, anzi ħafna iktar sinjura minnha, u għalhekk kienet sorpriża b’dak li ġara.

 

Aħbarijiet Oħra
Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Lifestyle

Is-sit Nameberry ħareġ l-aktar ismijiet popolari fl-Amerika fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena. Skont dan is-sit l-aktar isem popolari għall-bniet fl-Amerika huwa Posie. It-tieni l-aktar isem popolari għall-bniet huwa Isla….

Aktar