Qasam soċjali
Għas-sena d-dieħla ppjanati 35 miżura soċjali b’rekord ta’ €2 biljuni

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, qal li mis-sena d-dieħla l-koppji li jaddottaw tfal minn Malta se jingħataw għotja sa €1,000, maħsuba biex ittaffi l-ispejjeż tal-proċess tal-addozzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri soċjali tal-Budget, il-Ministru Falzon qal li għat-tieni darba kien hemm żieda fil-benefiċċju taċ-childrens’ allowance, li minnha qal li se jibbenefikaw 40,000 familja b’60,500 tifel u tifla.

Dr Falzon qal li din qed issaħħaħ il-wegħda tal-Gvern biex l-ebda tifel u tifel ma jkunu fil-faqar.

Il-Ministru Falzon qal li kull pensjonant se jgawdi minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa. Dan ifisser żieda ta’ €260 fis-sena lill-pensjonanti tas-sigurtà soċjali.

Dr Falzon qal li għas-sena d-dieħla hemm ippjanati 35 miżura soċjali li għalihom hemm ivvutati rekord ta’ €2 biljuni.