Lokali
ARA: Il-Menqa taħt għassa stretta

Pulizija u suldati fil-post fejn sar l-arrest tas-suspettati

Wara aktar minn 24 siegħa mill-operazzjoni fil-Marsa, numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija u membri tal-Forzi Armati qed jgħassu u jindukraw l-imħażen fejn sar l-arrest ta’ wħud mill-persuni suspettati fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Ilbieraħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li ġew arrestati 10 persuni Maltin b’rabta ma’ dan il-każ, li wħud minnhom huma magħrufa mal-Pulizija.

Is-suspettati mistennija jitressqu l-Qorti

Fost is-suspettati ewlenin hemm l-aħwa George Degiorgio ta’ 55 sena u Alfred Degiorgio ta’ 53 sena. Jidher li fis-sigħat li ġejjin l-aħwa Degiorgio jistgħu jitressqu l-Qorti akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-operazzjoni qed issir mill-Pulizija Maltija, il-Forzi Armati ta’ Malta u s-Servizzi Sigrieti Maltin bl-għajnuna ta’ diversi uffiċjali tal-FBI, Europol u n-National Bureau of Investigation tal-Finlandja.

Ara hawnhekk l-għassa stretta li hemm fl-inħawi tal-Menqa

 

Ara wkoll:

ARA: Il-mumenti x’ħin is-suldati daħlu għall-għarrieda fuq is-suspettati fil-Marsa

AĠĠORNAT: Jitilgħu għal 10 l-Maltin arrestati fuq suspett bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia