Barranin
Għassa tal-Carabinieri fl-Italja ssekwestrata fuq traffikar ta’ droga u torturi

Inkjesta deskritta bħala waħda bla preċedent mill-Uffiċċju tal-Prokura fi Piacenza wasslet biex tiġi ssekwestrata għassa tal-Carabinieri, hekk kif qed jiġu investigati reati serji marbuta ma’ traffikar ta’ droga, arresti illegali u torturi, fost oħrajn.

L-operazzjoni Odysseus qed tinvestiga reati li allegatament twettqu minn 23 persuni, u li jmorru lura minn tal-anqas tliet snin.

L-investigazzjonjiet wasslu għall-arrest ta’ 10 membri tal-armata fit-taqsima tal-Carabinieri u wieħed mill-Guardia di Finanza. Ħamsa jinsabu arrestati u ieħor qiegħed taħt arrest f’daru, waqt li l-oħrajn ġew marbuta b’diversi kundizzjonijiet.

Wieħed mill-uffiċjali kellu villa bil-pixxina, karozza, mutur u 24 kont kurrenti li kollha ġew ikkonfiskati.

Qed ikun irrappurtat li mill-għassa f’via Caccialupo, suldat wieħed biss ħareġ nadif.

L-inkjesta ngħad li nbdiet minn każijiet ta’ traffikar ta’ droga, fejn wieħed mill-Carabinieri kien qed jaħdem ma’ traffikant tad-droga billi joffri protezzjoni u jitħallas flejjes kbar mill-bejgħ. Huwa mifhum li daħħal lill-kollegi tiegħu f’din ix-xbika u kien jgħidilhom li ħadd ma jista’ jaqbadhom.

Ir-rapport tal-inkjesta ikompli jgħid li minbarra dawn ir-reati, dawk involuti kienu jagħmlu ħafna arresti fuq akkużi foloz u ċirkostanzi vvintati, mhux biss biex jaqbdu d-droga u jgħinu n-negozju tagħhom, imma biex jidhru aħjar minn sħabhom f’għases oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

COVID-19

Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta’ coronavirus u nisslu biża’ li din tista’ tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf. F’24…

Aktar