Stejjer Umani
“Għat-tfal anki l-infern tmur” – Il-koppja Maltija maqbuda l-Indja b’żewġt itfal addottivi

Madwar 20 koppja Maltija qed jistennew l-pandemija tal-Coronavirus tgħaddi biex itemmu l-aħħar parti tal-proċess tal-addozzjoni u jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ mal-ulied addottivi tagħhom fl-Indja.

Fl-Indja, hemm koppja Maltija maqbuda b’żewġt itfal adottivi. Il-koppja ma tistax tiġi Malta minħabba l-lockdown fl-Indja.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali, Matthew Vella, qal li kieku l-koppja ma baqgħetx tistenna l-Indja, it-tifla ċ-ċkejkna kienet terġa’ tispiċċa fid-dar tat-tfal mingħajr ġenituri.

Dik li kellha tkun safra fl-Indja biex isiru ġenituri għat-tieni darba, inbidlet fi ħmar il-lejl għall-koppja Nicolette u Johann Borg. Huma ma jistgħux jiġu Malta għax fl-Indja hemm lockdown minħabba l-Covid-19 u għad iridu jipproċessaw xi dokumenti tal-addozzjoni, fosthom il-passaport tat-tifla, iżda l-uffiċini huma magħluqa bil-lockdown.

Fi kliemha, il-koppja qed tħossha f’gaġġa fil-kamra tal-lukanda fi New Delhi, għalkemm Nicolette stqarret li ma setgħetx tabbanduna t-tifla fl-istitut minħabba din l-emerġenza.

”Kif jgħidu għat-tfal anki l-infern tmur. Hux hekk jgħidu? Tagħmel kollox. Kollox tagħmel għal uliedek.”

Il-koppja telqet minn Malta xahar ilu u għandha seba’ mitt sena biex tirritorna Malta.

”Il-ħsieb li nista’ mmur id-dar. It-tfal għandhom is-soft toys u għandna l-affarijiet kollha tagħna diġà tgħid ħafna aħjar.”

Il-koppja Borg Vassallo hi l-unika waħda li nqabdet barra minn Malta waqt il-proċess tal-addozzjoni. Il-ġenituri qed isibu wens mill-Aġenzija Tama u mill-Awtorità għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità, Matthew Vella, qal li l-koppja hi xempju tal-imħabba ġenwina tal-ġenituri addottivi.

”Din għażlet li tibqa’ hemmhekk. Tibqa’ mat-tifla u ma tarax lil dik it-tifla tmur lura f’dar residenzjali.”

Is-Sur Vella qal li madwar 20 koppja addottivi ġew affettwati bil-miżuri globali biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19. L-addozzjonijiet kienu se jsiru kollha mill-Indja, li tinsab f’lockdown sħiħ.

Ħafna mill-pajjiżi minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 qegħdin f’lockdown jew naqqsu l-aċċess għall-barranin li qed jidħlu fil-pajjiż.

S’issa kienu jistgħu jsiru addozzjonijiet mill-Portugall, l-Indja, is-Slovakkja u l-Bulgarija. L-Awtorità qed tħabrek biex tiftaħ l-adozzjonijiet għal Maltin mill-Vjetnam u l-Kambodja.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar