Barranin
Għat-tieni sena jitħassar l-akbar festival tal-birra l-Oktoberfest fil-Ġermanja

L-akbar festival tal-birra, l-Oktoberfest, tħassar għat-tieni sena konsekuttiva minħabba l-pandemija tal-Covid.

Il-Kap tal-Istat Ġermaniż tal-Bavaria qal li ma kienx hemm triq oħra ħlief li l-edizzjoni li jmiss titħassar anke għaliex impossibli li l-awtoritajiet jimponu miżuri bħad-distanza soċjali.

Fi snin oħra, l-Oktoberfest kien jattira iżjed minn sitt miljun viżitatur, b’għadd sostanzjali ta’ turisti jivvjaġġaw minn barra.