Qorti
Għattew lil Lassine b’liżar u baqgħet tinstema’ l-mużika…

Fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud li qal li għall-ħabta tal-23:10 seħħet sparatura fi Triq tal-Ġebel li fiha kien hemm persuna maqtula u tnejn oħra midruba.

L-Ispettur Arnaud qal li l-midruba kienu diġà ttieħdu lejn l-isptar meta wasal fuq il-post iżda l-katavru ta’ Lassine Cisse Souleyman kien għadu fuq il-post mogħti b’liżar abjad. Kienet għadha għaddejja l-mużika li kien qed jisma’ l-vittma bil-headphones meta nqatelm bit-tobba tal-emerġenza jiċċertifikaw lill-vittma mejjet fuq il-post.

Fix-xhieda tiegħu, Arnaud qal li fejn il-katavru ta’ Souleyman kien hemm żewġ skrataċ sparati minn 9mm STP luter u xi 50 metru oħra kien hemm erba’ skrataċ tal-istess għamla u anki toqob f’garaxx. Iż-żewġ midruba ntlaqtu fin-naħa t’isfel ta’ ġisimhom, b’wieħed minnhom bi ġrieħi gravi. Arnaud ġie mgħarraf li kienet karozza bajda li għaddiet minn hemm u sparat fuq il-vittmi. Fost nies li ċemplu għall-għajnuna kien hemm xufier tal-ecabs li ċempel għall-għajnuna u persuna oħra.

Ġew jaħdmu Malta għax qalulhom li hija sigura u m’hemmx razziżmu

L-Ispettur Arnaud qal li mar l-isptar ikellem lill-vittmi anki għaliex wieħed minnhom kien fil-periklu tal-mewt. Qal li l-vittmi kienu joqgħodu f’China House f’Ħal Far u ġew ftit xhur ilu mill-Italja biex jaħdmu Malta għax qalulhom li Malta sigura u m’hemmx razziżmu.

Il-vittmi qalu li kienet għadha kien spiċċat il-logħba bejn Barcelona u Atletico Madrid u marru bil-pass lejn Ħal Far minn Triq il-Ġebel. Fil-ħin li ġrat it-traġedja, il-vittmi kienu waħedhom u ma kienux jafu min inqatel. Qalu wkoll li kienu mexjin min-naħa tax-xelluġ meta f’mument minnhom semgħu żewġ faqqaturi u ma assumewx li kienu tiri ta’ arma tan-nar. Iżda ftit ħin wara, raw karozza riesqa lejhom u minnhom ġew sparati żewġ tiri eżatt kif qabżithom il-karozza.

Jallaw qal li fil-karozza ra li kien hemm żewġ persuni ta’ karnaġġjon abjad għadhom żgħar bix-xufier xagħru skur. Bah irrakkonta lill-Ispettur li ma kienx jaf kemm kien hemm persuni fil-karozza. Bah intlaqat fuq in-naħa tax-xellug tal-warrani mentri Jallaw intlaqat min-naħa tax-xellug fil-ġenbejn fejn kellha ssirlu operazzjoni immedjata. Bah u Jallaw qattgħu xi jiem l-isptar u eventwalment ġew rilaxxati. Jallaw għadu jirċievi trattament sal-lum minħabba l-ħsara li għamlitlu l-balla.

Sadattant, il-katavru tneħħa mill-post u ttieħed fil-kamra mortwarja. Il-vittma kellu basket u fih kellu dokumenti ta’ identifikazzjoni. Huwa kien joqgħod fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa. L-Ispettur qal li huwa mifhum li meta nqatel, Cisse kien fi triqtu lejn id-dar. Il-Pulizija għamlet xogħolha fejn iċċekkjat ma’ pajjiżi oħrajn dwar il-vittmi iżda ma nstabet l-ebda informazzjoni li l-vittmi qatt ġew fl-inkwiet. Cisse kien jaħdem ma’ Schembri Brothers, ma kellu inkwiet ma ħadd u lanqas iż-żewġ persuni l-oħra ma kellhom inkwiet la f’Malta u lanqas fl-Italja.

L-awtopsja wriet li Cisse ntlaqat minn tir f’ngħasu fuq in-naħa tax-xelluġ.

Il-vettura li biha sar id-delitt sarulha xi modifikazzjonijiet wara li ħareġ l-aħbar tal-qtil

Cameras fuq ix-xena tar-reat ma kienx hemm iżda kemm fil-bidu kif ukoll fin-naħa t’isfel tat-triq kien hemm. L-Ispettur Arnaud qal li biex wieħed jgħaddi mit-triq tal-Ġebel bilfors irid jgħaddi minn quddiem dawn il-kameras. Għall-ħabta tal-10.52 deher Cisse nieżel mit-triq. Madwar żewġ minuti wara għaddiet l-unika karozza minn naħa ta’ Ħal Far li kienet bajda tat-tip Toyota Starlet. Karozzi oħrajn l-isfel m’għaddewx aktar ħlief aktar wara.

Il-karozza kellha marki distintivi għaliex kellha l-mera tan-naħa tal-passiġġier nieqsa, fanali pjuttost jarmu dawl qawwi u l-bozoz tan-number plate – tal-lemin aktar jarmi dawl qawwi minn tax-xelluġ għalkemm il-karozza ma kellix number plate.

Mis-sistemi tas-CCTV, il-Pulizija segwiet ir-rotta li setgħet ħadet il-karozza sa Raħal Ġdid, Triq is-Sorijiet. Il-Pulizija temmen li l-karozza ma tantx kellha fejn tmur aktar u li x’aktarx waqfet Raħal Ġdid. Hemmhekk, il-Pulizija sabu mat-23 vettura reġistrati Raħal Ġdida u bdew jiċċekkjaw b’mod diskret kull karozza.

Flimkien ma’ Transport Malta, il-Pulizija ħadmu biex jeliminaw il-marki distintivi li setgħu kellhom xi karozzi oħrajn. Vettura CCL 159 inqabdet diversi drabi mis-sistema ta’ Transport Malta f’Aldo Moro tinstaq lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta kemm bi nhar kif ukoll bil-lejl. Din kienet reġistrata fuq Lorin Scicluna li residenza tiegħu hija qrib ħafna fejn l-aħħar li ntlemħet il-vettura bis-sistema tas-CCTV. Is-sistema tat 12-il ritratt li fihom inqabdet il-vettura mill-1 ta’ Jannar ‘l hawn u ta’ bil-lejl. Fir-ritratti ħareġ id-dawl tan-number plate jarmi qawwi aktar mill-oħra. Inserta li l-karozza nqabdet mis-sistema dak inhar tad-delitt fis-6 ta’ April. Fl-10.26pm inqabdet nieżla lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.

Minn wara d-delitt, il-vettura sarulha xi modifikazzjonijiet fosthom li twaħlet il-mera tax-xellug u saru xi faxxijiet mal-ġenb. Irriżulta li l-faxxijiet mal-ġenb saru b’tape tad-dawl u dan juri kemm il-modifikazzjonijiet saru wara li kien ħareġ fil-media lil-Pulizija qed tfittex karozza Toyota Starlet bajda.

Ara wkoll:

Mill-Qorti: Lorin Scicluna u Francesco Fenech qed jiffaċċjaw 14-il akkuża

Ma sabux qattus fuq xiex jisparaw u minflok laqtuha l-immigranti

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar