Għatx mit-turisti li jżuru Malta għall-attivitajiet sportivi

L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed tħares mhux biss lejn it-turiżmu tradizzjonali, bħax-xemx u l-baħar, iżda ukoll lejn oqsma oħra speċjaliżżati, fosthom it-turiżmu attiv. Dan is-settur qed iħalli miljuni ta’ ewro fl-ekonomija, bi kważi 11% tat-turisti kollha li żaru Malta s-sena l-oħra ħadu sehem f’xi forma ta’ attività sportiva.

It-turiżmu attiv kulma jmur qed isir aktar popolari f’Malta. Din in-niċċa ta’ turiżmu saret parti ntegrali mill-prodott turistiku ta’ Malta. Dan is-settur ta’ turiżmu ‘speċjaliżżat’ jiġġenera dħul ta’ €220 miljun fis-sena. Skont kalkoli tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, kull wieħed minn dawn it-turisti jagħmel medja ta’ disa’ ljieli f’pajjiżna, u ras għal ras jonfoq madwar €1,200.

Huwa stmat li s-sena l-oħra, mal-190,000 turist żaru il-gżejjer Maltin u ppartiċipaw f’xi forma ta’ attività sportiva. Bla dubju, l-aktar attività popolari hija dik ta’ l-għadds, iżda fl-aħħar snin, attivitajiet oħra bdew isir popolari, fosthom l-abseiling u l-kayaking.

Andrew Galea mill-Malta Outdoors – li hija waħda mill-kumpaniji li tipprovdi servizzi għas-settur tat-turiżmu attiv – qal lil tvm.com.mt li d-domanda għal dawn l-attivitajiet qed tiżdied.

“Dan l-aħħar il-popolarità ta’ dawn l-isports żdied ħafna minħabba fatturi differenti. Imma deffinittivament kien hawn żieda fl-aħħar snin kemm mal-Maltin kif ukoll mal-barranin biex jipprattikaw dawn it-tip ta’ sports. Imbagħad ukoll għandna l-faċilitajiet għall-climbing u l-absailing,” qal Andrew Galea.

Wieħed mill-postijiet imfittxiija għall-absailing u l-kayaking huwa Wied iż-Żurrieq. Il-Ħadd filgħodu, iltqajna ma’ koppja Ġermaniża li tinsab Malta fuq stedina tal-Awtorità tat-Turiżmu. Carolin Steig u Martin Merten huma bloggers li jżuru diversi pajjiżi u jirriklamaw l-esperjenzi tagħhom.

“We have been the first time in Malta, but we saw its more abouth than architecture, food and wine. We have done lot of activities. We have done climbng and cycling in Gozo and today we have made a costal walk . Its just beautiful here,” qal Martin Merten.

“I’m not quite sure if I want to make it. But we will try… It was just awsome. I was so scary at the begining But when you go done and see this whole arc benethe you it is amazing,” qalet Carolin Steig.

Fil-Parlament fuq domanda tad-Deputat Silvio Parnis, il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis spjega li t-turiżmu attiv huwa ta’ importanza partikolari hekk kif il-Gvern jara li jsiru ċertu attivitajiet fi żminijiet tas-sena li huma inqas popolari mat-turist. Qal li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu talloka madwar nofs mlijun ewro għall-promozzjoni tat-turiżmu attiv lejn pajjiżna.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tagħrif li Television Malta ġabar mingħand il-Pulizija juri li r-rapporti ta’ serq x-xahar li għadda naqsu b’25% meta imqabbel ma Marzu tas-sena l-oħra. Fi kliem l-Ispettur Fabian Fleri, mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet…

COVID-19

Il-proċeduri għall-IVF jinsabu ffriżati għal kollox kawża tal-COVID19. Il-kap tal-awtoritàa għall-protezzjoni tal-embrijun qalet li ttieħdu miżuri biex dawk li jinsabu fl-età massima li fiha jistgħu jinqabdu tqal bl-IVF, jingħataw estensjoni…

COVID-19

Edizzjoni tal-programm DISSETT se tixxandar wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM. Dirett mill-istudios ta’ Television Malta: id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u diversi professjonisti mill-Isptar Mater Dei…

Lokali

Kull persuna għandha storja x’tirrakkonta. F’pandemija bħal dik li qed ngħixu, kulħadd jintlaqat b’mod jew b’ieħor u kulħadd għandu il-perspettiva tiegħu. M’hemmx dubju li l-COVID19 se tħalli timbru fis-socjetà u…

Aktar