Lokali
Għawdex kandidat biex jieħu t-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2031

Għawdex huwa kandidat biex jieħu t-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2031. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar dan fil-Parlament.

Clint Camilleri qal li meta nsemmu Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura niftakru fil-Valletta 2018 li kienet suċċess kbir. Qal li dan it-titlu biddel il-Belt Valletta u ngħatat ħajja mill-ġdid u saret ċentru prometenti fl-Ewropa.  Qal li jħoss li Għawdex għandu jagħmel dan il-vjaġġ biex tintefa l-attenzjoni fuq Għawdex.

Saħaq li Għawdex bħala reġjun sħiħ għandu l-kredenzjali biex ikun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.