Għawdxi l-isptar wara ħabta fi Triq l-Imġarr
Raġel ta’ 35 sena mix-Xagħra jinsab għall-kura l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għal ħabta tad-9,30 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku f’waħda mit-toroq ewlenin t’Għawdex, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
Huwa kien qed isuq vettura li kienet involuta f’ħabta ma’ vettura oħra li kien qed isuq żagħżugħ ta’ 26 sena residenti Kerċem li ma ġralu xejn. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tar-raġel li ttieħed l-isptar.