Barranin
Għażel is-siġġu flok l-injezzjoni letali

Priġunier tal-istat ta’ Tennessee nqatel b’siġġu tal-elettriku wara li argumenta li l-injezzjoni letali twassal għal aktar tbatija.

David Earl Miller ingħata l-piena tal-mewt wara li nstab ħati li fl-1981, qatel tfajla ta’ 23 sena li kienet tbati minn xi problemi mentali.

Wara 36 sena priġunerija, Miller għażel l-elettrokuzzjoni flok l-injezzjoni letali dan wara sensiela ta’ eżekuzzjonijiet makabri.

L-injezzjoni letali hija l-metodu ewlieni ta’ eżekuzzjoni fl-istat ta’ Tennesse iżda, dawk li kkommettew reati qabel l-1999 u jinsabu fuq il-piena tal-mewt, għandhom l-għażla bejn it-tnejn.

Ix-xahar li għadda, il-priġunier Edmund Zagorski wkoll għażel mewta bl-elettrokuzzjoni.

Fil-Qorti, kemm Miller kif ukoll Zagorski argumentaw li l-injezzjoni letali twassal għal tbatija kbira u rreferew għall-każ partikolari tal-priġunier Billy Ray Irick li sar vjola u dam mal-20 minuta sakemm miet.

Is-siġġu tal-elettriku kien ilu ma jintuża mill-2013.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Barranin

F’Kalifornja, David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li rabtu, ittorturaw u qaflu lit-13-il wild tagħhom. Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, li…

Barranin

Il-Pulizija Irlandiża ppubblikat filmati minn kameras tas-sigurtà li juru l-mumenti qabel inqatlet il-ġurnalista Lyra McKee ta’ 29 sena nhar il-Ħamis li għadda. Mc Kee, li kienet qed tirrapporta minn Derry,…

Aktar