Kurżitajiet
Għażżien jew ħaddem moħħu?

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan.

Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen b’subgħajh ta’ saqajh.

Għalkemm xi wħud iġġustifikaw l-aġir tiegħu billi qalu li seta’ kellu diżabbiltà fejn ma setax juża’ jdejh, min ġibed il-filmat u tellgħu fuq il-midja soċjali xejjen dawn il-kummenti kollha billi qal li ra lil dan il-passiġġier b’għajnejh stess nieżel mill-ajruplan u jġorr il-bagalji f’idejh.

Din mhux l-ewwel darba li nqabdu passiġġieri fuq ajruplani jinżgħu ż-żraben u jtellgħu saqajhom ‘il fuq, fuq is-sedil ta’ quddiemhom mingħajr ebda kas ta’ xejn.

Qatt kellek esperjenza simili?

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Kurżitajiet

Il-Kaptan tal-cruise liner MS Braemar irnexxielu jikseb rekord ġdid hekk kif irnexxielu kważi jagħmel l-impossibbli – li jgħaddi l-bastiment minn kanal dejjaq fil-Greċja. L-MS Braema wiesgħa 22.25 metru u għadda…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Aktar