Lokali
Għenu nisa tqal iwettqu abort u spiċċaw il-Qorti

Kienu żewġ persuni barranin li ġew akkużati fil-Qorti li għenu biex sar abort min-nisa tqal mis-sena 2000 sal-lum il-ġurnata.

Minn tagħrif mogħti fil-Parlament mill-Minisitru Michael Farrugia wara mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jirriżulta li l-ewwel każ seħħ fl-2014 meta barranija ta’ 35 sena ġiet akkużata b’dan ir-reat u weħlet 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin.

It-tieni każ seħħ fl-2017 meta barrani ta’ 26 sena tressaq il-Qorti fuq reat simili.  Il-każ għadu sub judice.  Ma’ din il-persuna, kien hemm suspettat ieħor, li huwa barrani, li sal-lum għadu mfittex u huwa suġġett ta’ mandat ta’ arrest internazzjonali.

Fi tweġiba oħra għal domanda separata, il-Ministru Michael Falzon iddikjara li l-Gvern m’għandu ebda intenzjoni li jdaħħal l-abort f’Malta. Il-Ministru Falzon qal dan meta għalaq id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-minuri. Dr Falzon qal li l-abort lanqas ma huwa fl-aġenda tal-Partit Laburista.

Intant, fil-programm Insights, żewġ attivisti voċiferi dwar l-abort, waħda favur u oħra kontra, esprimew l-opinjoni kuntrastanti tagħhom dwar dan is-suġġett.  Ġew mistoqsija jekk jeżistux eċċezzjonijiet u jekk għandux isir referendum dwar l-abort.

Ara hawnhekk is-servizz ta’ Glen Falzon li deher fil-programm Insights ilbieraħ.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħafna mix-xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni jinsab wieqaf. Dan ġie konfermat kemm mill-Kamra tal-Periti kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Dan fid-dawl tar-regolamenti l-ġodda li saru mill-Gvern dwar ix-xogħol ta’ skavar, twaqqigħ u kostruzzjoni…

Kronaka

Tifla ta’ 10 snin u mara ta’ 44 sena spiċċaw l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun. L-inċident seħħ fi Triq tal-Barrani għall-ħabta tal-4pm bejn żewġ vetturi. Karozza minnhom kienet misjuqa minn mara…

Lokali

Fl-aħħar tletin sena, minn istitut f’Malta ta’ waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda, iggradwaw ‘il fuq minn 1,000 professjonist fil-qasam marittimu li huma mfittxija għal pariri legali mill-gvernijiet u l-industrija. It-tletin…

Lokali

Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura qalet li tinsab ippreokkupata bl-għadd ta’ irjus ta’ tonn, karkassi u tonn sħiħ fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni li qed jiġi rrapurtat dan l-aħħar. Fi stqarrija,…

Aktar