Barranin
Għibien tifla: Il-Vatikan se jinvestiga biex jidentifika l-għadam li nstab

Esperti forensiċi baqgħu mistagħġba meta waqt investigazzjoni fuq l-għibien ta’ tifla fl-1983, Emanuela Orlandi, meta qalgħu l-għadam minn żewġ osswarji fil-Vatikan, ma sabu lanqas l-għadam ta’ żewġ prinċipessi tas-seklu dsatax li kienu midfuna fiċ-ċimiterju li hemm biswit il-bażilika ta’ San Pietru.

Wara li fittxew fl-arkivji tal-Vatikan instab li dan l-għadam kien miżmum taħt l-art tal-Pontifical Teutonic College viċin iċ-ċimiterju. Il-Vatikan qal li se jkun qed jagħmel investigazzjoni biex jidentifika dan l-għadam. Intant l-investigazzjoni tal-għibien tat-tifla Emanuela Orlandi ilu għaddej snin kbar, b’din it-tifla għebet ftit wara li ħarġet mill-appartament tal-familja tagħha fil-Vatikan, u kienet fi triqitha għal lezzjoni tal-mużika.

Il-Vatikan dejjem ċaħad akkużi li kien qed ikaxkar saqajh fuq din l-investigazzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu fis-Senat wara li qal tiegħu dwar il-kriżi li jinsab fiha l-Gvern Taljan F’diskors li dam madwar siegħa, Conte kkritika bl-aħrax lill-Ministru tal-Intern…

Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Aktar