Lokali
Għin dawk fil-bżonn billi taqbad tal-linja nhar is-Sibt li ġej

Il-President George Vella ħabbar li r-raba’ edizzjoni ta’ B’Tal-Linja għall-Istrina se ssir nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru.

In-nollijiet tal-ewwel vjaġġi li jagħmlu l-passiġġiera fuq kwalunkwe rotta tal-korozzi tal-linja se jingħataw bħala donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund Foundation waqt l-Istrina. L-inizjattiva tapplika għall-ewwel vjaġġi li jitħallsu permezz tat-Tallinja Cards ippersonalizzati, kif ukoll nofs il-biljetti kollha li jinxtraw fuq tal-linja stess.

“Meta wieħed jivjaġġa bil-karrozza tal-linja nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru mhux biss ikun qiegħed inaqqas il-konġessjoni u l-emissjonijiet mit-toroq tagħna, imma jkun ukoll qed jgħin għal għan siewi minħabba li parti mit-tariffa tal-vjaġġ se tmur direttament għall-Istrina. Aktar ma jivjaġġaw nies b’tallinja nhar is-Sibt, aktar se jibbenefikaw nies li huma fil-bżonn” qal Konrad Pulé, il-General Manager ta’ MPT.

Il-President George Vella rringrazzja lid-diretturi tal-Malta Public Transport talli organizzaw din l-inizjattiva u għall-isforzi li qed jagħmlu biex jappoġġjaw lill-Istrina u l-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).

In-nollijiet għall-passiġġieri mhumiex se jkunu affettwati u r-rati regolari se jibqgħu japplikaw: Child u Concession Tallinja Cards jiswew €0.25 kull vjaġġ; Tallinja Cards tal-Adulti, Studenti u Għawdex jiswew €0.75 kull vjaġġ; u biljetti minn fuq tal-linja jiswew €1.50 kull vjaġġ.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar