Barranin
Għodda ġdida li ma tħallikx tara t-terroriżmu fuq l-internet

Il-Gvern Ingliż qal li għandu għodda teknoloġika li tagħraf materjal relatat mat-terroriżmu Iżlamiku fuq l-internet, u timblokkah.

Rappreżentanti tal-Gvern Ingliż qed jiltaqgħu ma’ kumpaniji Amerikani biex jiddiskutu din it-teknoloġija, u mhux eskluż li l-Gvern jibda jobbliga lill-kumpaniji li jipprovdu l-internet fir-Renju Unit biex jużawha.

L-għodda taħdem billi tingħata eluf ta’ sigħat ta’ materjal ippubblikat fuq l-internet mill-estremisti Iżlamiċi u tiġi mġiegħla tanalizzah. B’hekk titgħallem tagħraf materjal simili ġdid li jittella’ fuq l-internet, u tkun tista’ twaqqfu milli jarah il-pubbliku.

Il-Gvern Ingliż investa £600,000 biex tinħoloq din l-għodda minn kumpanija tal-intelliġenza artifiċjali bbażata f’Londra. Attwalment qed ikun ikkalkulat li l-għodda tista’ taqbad madwar 94% tal-materjal ippubblikat mill-IS.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha. Minkejja dan l-intopp l-atleta…

Barranin

L-organizzazzjoni Oxfam żvelat li tlieta mill-irġiel li qed ikunu akkużati li ħalsu għal servizzi ta’ prostituti waqt li kien fuq xogħol f’isem Oxfam, heddew lil xi xhieda b’mod fiżiku waqt…

Barranin

Il-qraba ta’ 66 persuna li kienu abbord ajruplan li ġġarraf fl-Iran għadhom jistennew informazzjoni aktar preċiża dwar x’ġara minn qrabathom, hekk kif mistennija tkompli t-tfittxija għalihom fil-muntanji Zagros. L-iskwadri ta’…

Barranin

66 passiġġier huma maħsuba mejta wara li l-ajruplan li kienu abbord fuqu tilef il-kontroll fl-Iran, fiż-żona tal-muntanji Zagros. L-inċident seħħ meta l-ajruplan kien qed itir bejn Tehran u Yasuj. Il-kundizzjoni…

Aktar