
Barranin
Għomor il-ħabs għal El Chapo – il-kap tal-ikbar ċirku ta’ droga fil-Messiku
Joaquin Guzman, magħruf bħala El Chapo, ġie kkundannat għomru l-ħabs, u 30 sena oħra magħhom, minn Qorti fl-Istati Uniti.
El Chapo ta’ 62 sena kien il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti. Huwa nstab ħati ta’ 10 kapijiet ta’ akkużi, fosthom dwar traffikar tad-droga u ħasil tal-flus.
El Chapo kien ħarab minn ħabs fil-Messiku fl-2015 wara li ħaffer toqba taħt l-art, u reġa’ nqabad sitt xhur wara, fejn imbagħad ġie estradit lejn l-Istati Uniti. Għadu mhux magħruf jekk El Chapo hux se jappella mis-sentenza.
Ara wkoll:
Jgħid li El Chapo kien jistupra adoloxxenti “għall-vitamini”