Barranin
Għomor il-ħabs għar-raġel li qatel 51 persuna f’attakk li wettaq f’żewġ moskej fi New Zealand

Fi New Zealand, Qorti kkundannat lir-raġel Awstraljan li qatel 51 persuna f’attakk li wettaq f’żewġ moskej f’Marzu li għadda għal għomru l-ħabs u mingħajr id-dritt li japplika għal parole biex sar l-ewwel persuna fl-istorja ta’ dan il-pajjiż li rċieva sentenza ta’ dan it-tip.

Brenton Tarrant li għandu 29 sena ammetta l-qtil tal-51 persuna, bl-attentat ta’ qtil ta’ 40 oħra u li akkużi relatati ma’ terroriżmu. L-Imħallef fisser l-azzjonijiet tal-ħati bħala inumani u li ma wera l-ebda ħniena.

Fis-sistema ġudizzjarja ta’ New Zealand m’hemm il-piena tal-mewt.