Barranin
Għomor il-ħabs għat-terrorist li saq għal fuq in-nies fl-Isvezja

Raġel minn Uzbekistan, li kien saq għal fuq in-nies bi trakk u qatel ħamsa fl-Isvezja fis-7 ta’ April 2017, ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs.

It-terrorist, Rakhmat Akilov, ta’ 40 sena kien esprima alleanza mal-Istat Iżlamiku qabel ma wettaq l-attakk terroristiku fl-Isvezja.

Iżda minkejja dan kollu, il-prosekuturi kellhom juru li Akilov kien lest jagħmel dannu lill-Istat billi l-IS qatt ma kkonfermaw li kienu l-moħħ wara dan l-attakk.

Akilov, kien ġie miċħud l-ażil u sparixxa wara li kellu biss xahar ċans jitlaq mill-pajjiż. Huwa kien diġà magħruf mal-awtoritajiet.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.  U hekk ġara fix-xtajta Spanjoli ta’ Andalusija.  Iżda l-kurrenti ġabu magħhom invazjoni ta’ bram kif jidher fil-filmat li spiċċa viral fuq Facebook.  Il-bram inġemgħu fix-xtajta l-iktar…

Barranin

L-Istati Uniti toħroġ mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem. Skont il-mibgħut tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Kunsill hu ipokrita, li jservi lilu nnifsu u ma jħarisx id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra hija indikat…

Barranin, Kurżitajiet

Wara logħba emozzjonanti tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġappun u l-Kolumbja, l-istands fejn kien hemm il-partitarji taż-żewġ naħat, kif jiġri f’kull partita, ikunu mimlijin skart. Iżda l-partitarji Ġappuniżi wara r-rebħa tat-tim nazzjonali…

Barranin

Il-Parlament Kanadiż ivvota favur liġi li tillegalizza l-użu tal-kannabis rikreazzjonali.   Il-liġi tal-kannabis għaddiet b’52 vot favur u 29 kontra mis-Senat. Il-liġi tikkontrolla u tirregola t-tkabbir, it-tqassim u l-bejgħ ta’ din…

Aktar